Kapitlu Ġenerali - MI Malta

Go to content
Il-203 Kapitlu Ġenerali Ordinarju tal-Patrijiet Minuri Konventwali
INTENZJONIJIET TA’ TALB GĦAT-TIFĦIR TA’ SBIĦ IL-JUM U L-GĦASAR

Fix-xhur li jiġu qabel il-Kapitlu

FIT-TIFĦIR TA’ SBIĦ IL-JUM (invokazzjonijiet)

Trinità Qaddisa, li taħlaq u tmexxi l-univers:
- wieżen u dawwal bl-Imħabba tiegħek il-Fraternità tagħna fil-mixja lejn il-Kapitlu Ġenerali.
Jew:
Tifħir lilek, Trinità Qaddisa, għall-għana ta’ Mħabbtek:
- dawwal bil-preżenza tiegħek l-Ordni tagħna li qed iħejji biex jiċċelebra l-Kapitlu Ġenerali Ordinarju.
Jew:
Infaħħruk, Trinità Qaddisa, għajn u tmiem ta’ kull ħaġa maħluqa:
- agħmel li nimxu f’għaqda ta’ spirtu u talb lejn il-Kapitlu Ġenerali.


FL-GĦASAR (interċessjonijiet)

Missier Qaddis, Ħallieq, Feddej, Konsolatur u Salvatur tagħna:
- bl-interċessjoni ta’ San Franġisk, għallimna nimxu wara l-passi ta’ Ibnek l-għażiż li ġie biex jaqdi u mhux biex ikun moqdi.
Jew:
O Missier, li sejjaħtilna biex nimxu wara Ibnek, il-Mulej tagħna Ġesù Kristu:
- agħmel li, waqt li ngħixu fl-ubbidjenza, bla xejn tagħna u fil-kastità, infittxu dejjem lilek u l-Ispirtu Qaddis tiegħek.
Jew:
O Alla l-aktar għoli u glorjuż, Mulej tas-sema u tal-art:
- sawwab fi qlubna r-rieda li naqduk, fil-Knisja u fid-dinja, fuq l-eżempju tal-Missier Serafiku tagħna San Franġisk.


Mill-Ħadd ta’ Tlugħ fis-Sema tal-Mulej (1 ta’ Ġunju 2025) sal-aħħar tal-Kapitlu

FIT-TIFĦIR TA’ SBIĦ IL-JUM (invokazzjonijiet)

Spirtu ta’ Għerf u Xjenza, don tal-Missier l-aktar Għoli:
- ejja, bil-preżenza divina tiegħek u kun mal-Ordni tagħna fil-fażijiet kollha tal-Kapitlu Ġenerali.
Jew:
Spirtu Qaddis li tmexxi l-Knisja:
- ejja, bl-abbundanza tad-doni tiegħek u nissel fl-assemblea kapitulari x-xewqa li tfittex dejjem ir-rieda tal-Missier.
Jew:
Spirtu ta’ mħabba u verità:
- żur il-familja tagħna, miġbura fil-Kapitlu Ġenerali, u agħmel li tikber fl-ispirtu ta' għaqda u fraternità.


FL-GĦASAR (interċessjonijiet)

Missier tajjeb, li sejjaħtilna biex naqduk fil-familja Franġiskana:
- bl-interċessjoni ta’ San Franġisk, għinna nwieġbu b’koerenza għall-vokazzjoni tagħna u li ngħixuha meta nqisu lil xulxin aħwa.
Jew:
Kristu, li tajtna sehem mill-Ispirtu tiegħek:
- dawwal il-fraternità tagħna miġbura fil-Kapitlu Ġenerali biex tikber fil-karità perfetta għall-glorja tal-isem tiegħek.
Jew:
Spirtu li tfarraġ, awtur ta’ kull tjubija:
- kebbes in-nar ta' mħabbtek f’dawk li huma miġbura fil-Kapitlu Ġenerali u saħħaħhom fl-impenn tagħhom għas-servizz tal-fraternità.
Jew:
Ħallieq tal-univers u Missier ta' kull ħlejqa:
- għallimna nisimgħu leħnek u narawk preżenti fostna kull darba li nkunu miġbura f’ismek.
Back to content