Il-Milizzja tal-Immakulata (M.I.) hija għaqda internazzjonali ta’ Kattoliċi li waqqafha San Massimiljan M. Kolbe fl-1917.
L-għan tal-Milizzja hu li tgħin lin-Nisrani jgħix ħajja ta’ konverżjoni bla waqfien, huwa u jimxi wara l-Mulej fuq il-mudell tal-Verġni bla tebgħa, li hi l-mara li semgħet u stenniet. Il-Milizzja tgħin lin-Nisrani jgħix b’kuraġġ u umiltà ħajja ta’ spiritwalità missjunarja b’risq l-evanġelizzazzjoni tad-dinja. Ix-xenqa għall-miġja tas-Saltna ta’ Alla fostna hija l-qalba tal-ideal Kolbjan.
Il-mezzi tal-Milizzja huma: it-talb, il-ħajja tal-grupp, u t-taħriġ bla hedu fil-karità, permezz tal-ħidma volontarja, lejn il-bnedmin imżebilħin fid-dinjità tagħhom. Hemm ukoll it-tixrid tal-istampa Marjana u d-devozzjoni lejn il-Midalja mirakuluża.